Monthly Archives: November 2013

tnedija ta’ TAĦŻIŻ1

Issa li għaddew it-tliet seminars residenzjali jmiss it-tnedija ta’ TAĦŻIŻ1, li se ssir il-Ħadd, 1 ta’ Diċembru fit-8pm f’Palazzo de Piro, l-Imdina.

Taħżiż huma parti mill-program ta’ empowerment tal-Aġenzija Żgħażagħ, u jiffoka fuq il-kitba kreattiva. Dan il-programm sar bil-kollaborazzjoni tal-Għaqda tal-Malti – Università u l-Fondazzjoni AWLTaħżiż hu uniku għal Malta għax jissejjes fuq tliet seminars residenzjali; wieħed fi Frar, ieħor f’Lulju u ieħor f’Ottubru, b’taħriġ intensiv fil-kitba u l-interdixxiplinarjetà tal-arti.

Inħeġġukom tattendu sabiex tiltaqgħu mal-parteċipanti ta’ dal-programm; dawn huma Ryan Falzon, Beverly Agius, Michael Carol Bartolo, Naomi Mercieca, Nigel Baldacchino, André Mangion, Karl Schembri u Theresa Abdilla. Dakinhar se jitqassam b’xejn il-ktieb bix-xogħlijiet letterarji u artistiċi tal-parteċipanti li wħud minnhom se jippubblikaw kitbiethom għall-ewwel darba. Waqt it-tnedija se jkun hemm bibita.

Dakinhar titħabbar ukoll is-sejħa għal TAĦŻIŻ2.

Għal aktar tagħrif żuru l-paġna ta’ Taħżiż u l-attività tat-tnedija fuq Facebook. 

T’hawn taħt hija l-qoxra tal-pubblikazzjoni finali, xogħol Nigel Baldacchino u Ryan Falzon.

qoxra - taħżiż1

Narawkom dakinhar!

Advertisements
Advertisements