Monthly Archives: January 2014

TAĦŻIŻ 2 || sejħa estiża

Is-sejħa għal TAĦŻIŻ2 għas-sena 2014 ġiet estiża sal-24 ta’ Jannar għal żgħażagħ bejn it-18 u t-30 sena. L-applikazzjonijiet ikunu aċċettati sa nofsinhar. Il-format se jibqa’ simili għal tal-ewwel edizzjoni, jiġifieri l-qofol tiegħu se jkunu tliet seminars residenzjali, b’pubblikazzjoni u ċertifikat li jingħataw lejn l-aħħar ta’ din is-sena. Għalkemm il-parteċipazzjoni hi b’xejn, dawk magħżula huma mitluba jiddepożitaw €50, li jingħataw lura ġaladarba jkunu attendew it-tliet seminars.

Kull min hu interessat, għandu jibgħat lil info.youthmalta@gov.mt jew lil ghaqdatalmalti@gmail.com. Fl-applikazzjoni tiegħu wieħed għandu jdaħħal id-dettalji personali (isem u kunjom, data tat-twelid, indirizz postali u elettroniku, in-nru tat-telefown jew tal-mowbajl), kif ukoll dawn li ġejjin:

–      interessi oħra minbarra l-kitba;

–      ittra ta’ introduzzjoni u motivazzjoni;

–      CV f’forma ta’ storja qasira ta’ 150 kelma;

–      fotokopja tal-karta tal-ID (quddiem u wara); u

–      poeżija jew storja qasira miktuba riċentament.

L-għażla finali tal-parteċipanti se tkun fid-diskrezzjoni tal-bord li jevalwa l-applikazzjonijiet. Dawk magħżula jkollhom l-ewwel laqgħa nhar is-27 ta’ Jannar 2014.

Taħżiż hu proġett ta’ kitba kreattiva tal-Aġenzija Żgħażagħ, b’kollaborazzjoni mal-Għaqda tal-Malti – Università u l-Fondazzjoni AWL.

application_form_new-page-001

Advertisements
Advertisements