Monthly Archives: March 2015

l-ewwel seminar minn tlieta

t3

Bejn is-6 u t-8 ta’ Marzu, grupp ta’ kittieba żgħażagħ ingħaqdu flimkien biex għat-tielet sena konsekuttiva jħażżu. Il-programm ta’ kitba kreattiva hu TAĦŻIŻ3. Fost iż-żgħażagħ li daħlu għall-programm hemm Francesca Saliba, Joseph Muscat, Maria Vella u Ryan Farrugia. Matul dan il-programm il-parteċipanti kellhom iċ-ċans jiġu ggwidati fil-kitba permezz ta’ nies esperti fil-qasam u workshops li ffukaw fuq aspetti bħall-plott, ir-ritmu u l-editjar. Il-feedback ma naqasx. Minn issa ‘l quddiem dawn iż-żgħażagħ se jkomplu jiktbu u jesploraw aktar il-kitbiet tagħhom stess biex jinkixef il-potenzjal kollu tagħhom … sa ma jerġgħu jiltaqgħu għat-tieni seminar tat-tielet taħżiż.

 t2

TAĦŻIŻ3 huwa programm ta’ kitba kreattiva mill-Aġenzija Żgħażagħ bil-kordinazzjoni tal-Għaqda tal-Malti – Università u Fondazzjoni AWL.

 t1

Għal iktar tagħrif żuru wkoll Facebook.

Advertisements
Advertisements