Dwarna

Taħżiż huwa programm ta’ empowerment mill-Aġenzija Żgħażagħ, li jiffoka fuq il-kitba kreattiva . Dan il-programm miftuħ għal żgħażagħ bejn it-18 u l-25 sena huwa msejjes fuq tliet seminars residenzjali intensivi mifruxa fuq sena, u li jsiru għall-ħabta ta’ Frar, Lulju u Ottubru, bi preżentazzjoni finali fl-aħħar tal-programm. Mit-tieni edizzjoni ’l quddiem, qed tiġi organizzata wkoll sessjoni qasira bejn seminar u ieħor. Dan il-programm qed ikun ikkordinat mill-Għaqda tal-Malti – Università u l-Fondazzjoni AWL. Matul is-seminars, il-parteċipanti jkollhom iċ-ċans jaħdmu flimkien u b’mod individwali fuq eżerċizzji intensivi u ffukati, mogħtija lilhom minn professjonisti li jmexxu s-sessjonijiet. Ikollhom ukoll ħin allokat mal-kordinaturi li matulu jibdew jorqmu l-kitba li kollu jimmira lejn prodott u li l-format tiegħu jiddependi fuq il-proċess innifsu tal-kitba. L-ewwel programm li sar fl-2013, għalaqnieh permezz ta’ tnedija tax-xogħlijiet tal-parteċipanti ppubblikati fi ktieb. It-tnedija kienet saret fil-Palazz De Piro, fl-Imdina. Kull sena, infittxu li nippubblikaw ix-xogħlijiet iżda dan mhux neċessarjament ifisser pubblikazzjoni fis-sens tradizzjonali tal-kelma. L-enfażi fuq kollox hi l-proċess u li l-parteċipanti ma jikbrux biss fil-kitba imma jikbru b’mod sħiħ.

L-Aġenzija Żgħażagħ

ażL-Aġenzija Żgħażagħ hija għaqda governattiva li twaqqfet sabiex taħdem favur l-interessi taż-żgħażagħ u tipprovdi għajnuna lill-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ b’mod li jilħqu l-potenzjali tagħhom. L-Aġenzija taħdem ukoll sabiex tqajjem kuxjenza dwar kwitjsonijiet marbuta mal-etajiet ikkonċernati u sabiex ti#viluppa servizzi aktar effiċjenti f’dan il-qasam. Għal aktar tagħrif tista’ tagħfas hawn.

L-Għaqda tal-Malti – Università

ghmu logoL-Għaqda tal-Malti – Università (1931) twaqqfet minn żewġ studenti tal-Mediċina, Rużar Briffa u Ġużè Bonnici. Tul dawn is-snin l-Għaqda tat kontibut fl-oqsma kulturali Maltin, speċjalment fil-Malti u fost iż-żgħażagħ, fost l-oħrajn bil-pubblikazzjoni ta’ Leħen il-Malti, li ilu jiġi ppubblikat mis-sena tat-twaqqif. F’dawn l-aħħar xhur ukoll, l-Għaqda fittxet li tinvesti aktar fi proġetti edukattivi u interdixxiplinarji, speċjalment għaż-żgħażagħ, fosthom programmi ta’ kitba kreattiva, l-interdixxiplinarjetà, u pubblikazzjonijiet.

Il-Fondazzjoni AWL

awl LOGOAWL hija għaqda volontarja reġistrata li taħdem fil-qasam tal-poeżija, ir-riċerka artistika interdixxiplinarja, u attivitajiet kollaborattivi. Il-Fondazzjoni AWL bdiet bħala pubblikatur fix-xena lokali, b’attenzjoni speċjali għall-forma poetika.

Fost il-pubblikazzjoni taħt il-kappa ta’ ‘Pubblikaturi AWL’ insibu Eki t’eki (Calleja), Mongħlint (Mercieca), Mireddien fi Skiethom (Zammit, 2003), IR-RAĠEL (Calleja, 2010), TKEĊNIR – Kitchen work (Calleja u Elise Billiard, 2011), u F’Xifer il-Pajjiż Fertili (Mercieca, 2012).  Barra minn hekk, matul dan iż-żmien, taħt l-isem ‘AWL’ il-membri fundaturi bdew u pparteċipaw f’numru ta’ proġetti multidixxipplinarji u attivitajiet kulturali pubbliċi li permezz tagħhom ikkollaboraw ma’ diversi artisti u organizzazzjonijiet lokali u internazzjonali.

Qabel l-2012, l-isem ‘AWL’ kien jintuża minn grupp informali ta’ artisti, kittieba, performers u nies oħra qrib tal-fundaturi sa mill-1998. Il-grupp organizza u ħa sehem f’numru ta’ attivitajiet marbuta mal-letteratura, kif ukoll workshops tal-kitba organizzati indipendentament mill-grupp.

Advertisements

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

Advertisements
%d bloggers like this: