MISTOQSIJIET KOMUNI

Kif inhi mqassma l-edizzjoni ta’ din is-sena?

Din is-sena, Taħżiż se jinfirex fuq serje ta’ madwar 6 sessjonijiet li jsiru bejn wieħed u ieħor darba fix-xahar. Fl-aħħar nett ikun hemm ukoll seminar residenzjali (live-in).

Diġà naf li minħabba raġunijiet personali, se jkolli nitlef xi sessjonijiet. Xorta nkun nista’ napplika?

Iva, dejjem jekk is-sessjonijiet se titlifhom għal raġunijiet validi. Min-naħa tagħna nkunu lesti li ngħaddulkom xi istruzzjonijiet sabiex tkunu tistgħu taħdmu fuq il-materjal li l-bqija tal-grupp ikun ħadem fuqu.

Appik li nagħlaq 16-il sena, jew għadni kemm għalaqt 35. Xorta eleġibbli?

Iva, imma jista’ jkun li jkollha tingħata prijorità lil dawk li jaqgħu bejn 16 u 35 sena. Għalhekk, inħeġġuk tapplika xorta waħda u tistenna li l-kordinaturi jkellmuk lura.

Il-parteċipazzjoni hi bi ħlas?

Il-kors huwa b’xejn grazzi lill-Aġenzija Żgħażagħ. Fil-bidu jintalab depożitu żgħir li jingħata lura ladarba l-programm jasal fi tmiemu b’suċċess.

It-taħriġ isir bil-Malti?

Iva, billi l-pubblikazzjoni finali tkun bil-Malti. B’danakollu, it-taħriġ li jingħataw ma jgħoddx biss għall-Malti, u fil-ħajja ta’ kuljum tista’ tapplikah f’liema lingwa trid.

Il-Malti qatt ma studjajtu u għalhekk ma nafx nikteb b’Malti tajjeb. Xorta nkun nista’ napplika?

Iva, billi t-taħriġ jiffoka l-iktar fuq il-kreattività tal-kitba, u mhux fuq il-kitba korretta. Meta mbagħad naslu għall-pubblikazzjoni, it-tim ta’ Taħżiż jieħu ħsieb jeditja u jikkoreġi t-testi qabel ma jmorru għall-istampar.

Jien diġà ħadt sehem f’edizzjoni passata ta’ Taħżiż. Nista’ nerġa’ napplika?

Iva, imma tingħata prijorità lil dawk l-applikanti li qed jersqu lejn Taħżiż għall-ewwel darba.

Jekk għandkom xi mistoqsijiet oħra, tiddejqu xejn tikkuntattjawna!

Advertisements
Advertisements
%d bloggers like this: