Nigel

nigel-page0001 (1)

 

L-interessat jinża’ ż-żarbun, jidħol f’kamra ftit ikbar minnu/a mrażżna biss b’ħitan semi trasparenti b’għasfur f’gaġġa fuqu, joħroġ idejh minn ġo 2 toqob fil-kamra u jaqra l-kliem b’idejh.

“Niżloq fit-tama li nsiblek għasfur ġdid kuljum. Wieħed għal kull għajn miftuħa li tara.”

Nafu x’jiġri meta ddaħħal l-informazjoni miktuba fuq karta ġo moħħok minn għajnejna. Il-pass li nieħdu biex naqraw. Nimxu passejn lura. Naqraw b’idejna. Teknikament nistgħu naqraw żewġ affarijiet f’daqqa b’żewġ idejn. Jew forsi le. Imm’ isma’ l-ħoss tal-għasfur. Azzjonijiet u impulsi differenti fl-istess ħin li, iżda b’xi mod, jirrelataw ma’ xulxin. L-għasfur fuqek. Il-ħoss tiegħu. L-aġir tiegħu. Id-dawl li jgħatti. Id-dawl li jikxef. Il-kliem f’idejk. L-għasafar fil-kliem. Dak li tara quddiemek huwa xi ħadd ieħor jaqra xi ħaġ’ oħra b’idejh. Projezzjoni t’Alla biss jaf xiex! U s-saqajn! Saqajn ħafja. U l-art kif inhi? X’għandha? Il-ħsejjes xinhuma? Mil-liema livelli ġejjin?


PROPOSTA 2 (LULJU 2013)

Abbozz tal-Proġett u xi Xogħol ieħor.

Titlu: Il-Kamra tas-Sigriet – L-Għasafar Jixxabtu Daħqana

Deskrizzjoni Ġenerali:

Għalkemm il-kontenut huwa, fil-maġġoranza, kollu preżenti u/jew implikat b’konkretezza, għad hemm still vakum fuq kif jista’ jiġi ppreżentat il-proġett (u, appuntu id-deskrizzjoni ġenerali). Kapaċi tkun interessanti li jingħata kuntest għall-kitba bid-deskrizzjonijiet tal-metafori tar-ramel ul-kwalitajiet l-oħra; kapaċi le (show don’t tell).

B’mod partikolari ta’ min wieħed jevalwa r-relazzjoni bejn in-narrattiva ul-installazjoni u kif jistgħu jikkoeżistu jew jekk għandomx jikkoeżistu. Idea waħda kienet li ssir l-installazjoni u tiġi rrakkontata l-istorja minn ġo fiha.

L-istorja per se tan-narrattiva nemmen li fiha elementi sodi, anki jekk f’dan l-istadju l-eżekuzjoni tal-kitba tagħha batut u ta’ malajr. Dejjem hemm possibiltà ta’ elementi viżivi bħal stampi eċċ. astratti min-narrattiva (li qisni rajt komuni mix-xogħol tan-nies kollha).

Narrattiva: L-interessat jinża’ ż-żarbun, jidħol f’kamra ftit ikbar minnu/ha mrażżna biss b’ħitan semi trasparenti b’għasfur f’gaġġa fuqu, joħroġ idejh minn ġo żewġ toqbiet fil-kamra u jaqra l-kliem b’idejh.

“Niżloq fit-tama li nsiblek għasfur ġdid kuljum. Wieħed għal kull għajn miftuħa li tara.”

Nafu x’jiġri meta ddaħħal l-informazzjoni miktuba fuq karta ġo moħħok minn għajnejna. Il-pass li nieħdu biex naqraw. Nimxu passejn lura. Naqraw b’idejna. Teknikament nistgħu naqraw żewġ affarijiet f’daqqa b’żewġ idejn. Jew forsi le. Imm’isma’ l-ħoss tal-għasfur. Azzjonijiet u impulsi differenti fl-istess ħin li, iżda b’xi mod, jirrelataw ma’ xulxin. L-għasfur fuqek. Il-ħoss tiegħu. L-aġir tiegħu. Id-dawl li jgħatti. Id-dawl li jikxef. Il-kliem f’idejk. L-għasafar fil-kliem. Dak li tara quddiemek huwa xi ħadd ieħor jaqra xi ħaġ’oħra b’idejh. Projezzjoni t’Alla biss jaf xiex! U s-saqajn! Saqajn ħafja. U l-art kif inhi? X’għandha? Il-ħsejjes x’inhuma? Mil-liema livelli ġejjin?

Dimensjonijiet:

  1. Ħoss – Il-ħoss fl-ispazju ser jiġi ddettat minn mikrofonu mqabbad ma’ għasfur f’gaġġa fuq il-kamra. Il-ħoss li ħiereġ mill-gaġġa mbagħad, permezz ta’ laptop, jiġi ffilterjat fi tnejn: l-ispettru baxx u l-ispettru għoli tal-ħoss. Dak baxx jiġi trasmess lejn il-parti għolja tal-ġisem fil-kamra, waqt li l-ispettru għoli jiġi trasmess lejn is-saqajn tal-persuna.

  2. Tatt – Serje ta’ kliem magħmula bl-injam marbuta bħall-kuruni tar-rużarju jiġu moħbija f’kaxxi aċċessibbli mill-kamra fejn l-utent jiġi mitlub idaħħal idejh fid-dlam tal-kaxex fuq iż-żewġ naħat biż-żewġ idejn, u b’idejh iħoss is-serje ta’ kliem marbuta.

  3. Dawl – Il-kamra magħmula minn frejm li jżomm ħitan ta’ karta tax-xemgħa tħalli dawl imdennes jgħaddi minn kullimkien. L-akbar dawl ikun dak li ġej mill-gaġġa ta’ fuq il-kamra; ukoll iddettat; permezz tad-dellijiet; mill-movimenti tal-għasfur fuq ras l-utent.

  4. Interazzjoni – Quddiem l-utent ikun hemm il-kaxxa tal-kliem mikxufa ta’ utent ieħor ifittex fil-kliem u s-sentenzi tiegħu. Fuq din l-istess xbieha, isiru projezzjonijiet varji; relatati man-narrattiva tal-kliem u t-tema tal-għasafar.

  5. Art – L-utenti jiġu mitluba jinżgħu ħafjin biex jidħlu fl-ispazju. It-trattament tal-art u l-materjal tagħha jieħu sehem kbir fl-esperjenza; speċjalment f’relazzjoni mal-ħoss.

Advertisements

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

Advertisements
%d bloggers like this: