Theresa

theresa-page0001 (1)

Dan il-proġett ser ikun jikkonsisti mill-mixja li taqbad Dianne. L-affarijiet li se tara jew tisma’ se jfakkruha f’esperjenzi li tkun għaddiet minnhom u f’esperjenzi li immaġinathom imma ma esperjenzathomx. L-esperjenzi immaġinarji jitqanqlu minn ċertu biżgħat u ansjetajiet li jaħkmuha.

                                                                                                                                                                 

PROPOSTA 2 (LULJU 2013)

Abbozz tal-Proġett u xi Xogħol ieħor.

Titlu: Il-Kamra tas-Sigriet – Qed Taqflu

Deskrizzjoni Ġenerali: Storja waħda li tieħu kemm is-sens ta’ proża waqt li Dianne tkun qed tirrakkonta l-esperjenzi tagħha, kif ukoll is-sens ta’ riflessjoni hi u taħseb dwar kunċetti reali li jgħaddu minn moħħha. Ma’ dawn iż-żewġ dimensjonijiet jidħol ukoll l-element tal-poeżija. Dawn il-kunċetti jitqanqlu mill-aspett tal-pessimiżmu li jinsab fil-karattru tagħha, il-fatt li dejjem taħseb fil-ħażin u għalhekk dejjem hemm dak l-element ta’ biża’ u tensjoni fil-karattru. Tul din il-mixja hi tiftakar f’esperjenzi diversi li seħħew minn meta kienet żgħira, u esperjenzi oħra li jaf tgħaddi minnhom la tikber fl-età. Il-karattri marbutin mal-esperjenzi ta’ Dianne se jkunu diversi, għax ma’ kull esperjenza, sakemm mhix personali, hemm relazzjonijiet differenti ma’ persuni individwali jew inkella ma’ gruppi ta’ persuni. Hi u miexja, il-protagonista se tiltaqa’ ma’ affarijiet differenti li se jfakkruha f’dawn l-esperjenzi.

Narrattiva: B’Dublett twil ikaxkar mal-art iġorr taħtu l-ħmieġ tas-snin. Tgeddzet ġo flokk oħxon tas-suf kbir u tgħannqet miegħu bħalma tifla ta’ tliet snin tgħannaq l‘ommha meta tkun qed tibża’ mill-babaw . F’dak il-mument, kienet qed tħossha ħaġa wahda mal-iswed u x-xewk tal-ħurrieq. Għalhekk imxiet mar-riħ ivenven wara werqa iddur fl-arja fil-vojt. Bdiet tingustaha, xtaqet tilgħab biha u riedet bħal tkellimha, imma wkoll taret ‘il fuq fil-bogħod sa ma ngħaqdet mal-weraq l-oħra u bħal donnha għebet fix-xejn.

Kompliet miexja għal triqtha, jew triq ħaddieħor, għax issa kienet saret tagħhom, anzi .. mill-bidu kienet tagħhom, minn xħin ħadet l-ewwel nifs f’din l-art misħuta. Poġġiet fuq blata ħdejn il-baħar isawwat lill-irdum. Il-mewġ irrabjat beda dieħel ‘il ġewwa. Kull relazzjoni li jkollna, mal-ħbieb tal-iskola u anki ma’ ħbieb tal-qalb jew aħjar li naħsbu li jkunu tal-qalb, hekk jagħmlu, eżatt bħall-mewġ. Jiġu mix-xejn u jispiċċaw fix-xejn. Mhux hekk biss imma ma jieħdux ħafna ħin biex jispiċċaw għax f’temp ta’ ftit sekondi, il-mewġa tisfa fix-xejn, ir-relazzjoni tintemm u tisparixxi. Eżatt wara bħal donnu l-mewġa qatt ma eżistiet, il-mewġa li xi darba kienet qawwija mimlija saħħa ifferoċjata, tintemm u tintesa’ u l-għada tħares lejh u bħal donnu ma għarafhiex, ma sellmilhiex għax issa ma jafhiex.

Dimensjonijiet:

  1. Dawl – F’din il-mixja Dianne se tiltaqa’ ma’ staġuni differenti, b’enfasi fuq ix-xitwa u s-sajf. Il-kuluri ta’ dawn l-istaġuni se jkunu kumplimentari mal-burdata tagħha u għalhekk jekk fix-xitwa hemm temp ikrah u iswed, il-ħsieb tagħha se jiffoka fuq esperjenza kerha li għaddiet minnha u viċi versa. Il-kuluri tal-ambjent ta’ madwarha se jwasslu l-burdata tagħha u se jkunu bħal introduzzjoni għall-esperjenza li tkun se tirrakkonta. Il-ġurnata se tinqasam f’partijiet, bil-parti ta’ filgħodu li tirrapreżenta ż-żmien ta’ meta kienet tifla, il-ħin ta’ nofsinhar li jirrapreżenta ż-żmien li qiegħda fih issa u l-parti ta’ filgħaxija li tressaq il-ħsibijiet dwar dak li tista’ tesperjenza meta tasal għal aktar aktar età.

  2. Fotografija – Id f’id ma’ dak li ġie spjegat fid-dimensjoni tad-dawl, ir-ritratti jew stampi se jkunu qegħdin juru l-post li fih se tkun qiegħda Dianne hi (il-post li tkun waslet fih hu u miexja, eżempju ħdejn il-baħar). Permezz ta’ hekk il-qarrej se jkun aktar familjari ma’ dak li tkun qed titkellem dwaru Dianne, li għall-bidu jista’ jidher kemmxejn imċajpar

  3. Poeżija – Poeżiji ta’ poeti oħra, marbuta ma’ dan is-suġġett, se jgħinu biex il-qarrej jara li mhux l-awtur ta’ din in-narrattiva biss jgħaddi minn mumenti diffiċli, imma huma aktar dawk il-poeti li jippruvaw jesprimu t-tbatijiet personali tagħhom li jkunu ġarrbu, fuq il-karta. L-awtur huwa u jikteb, jaf li hemm ħaddieħor li xi darba kien fis-sitwazzjoni tiegħu, marbut mas-solitudni u l-inċertezza dwar il-ħajja.

  4. Fotografija – Ritratt ta’ post, individwi jew inkella xi oġġetti marbuta ma’ din in-narrattiva jgħinu biex l-esperjenza ssir aktar reali meta hi miktuba fuq il-karta.

  5. Oġġetti (bħal ittri, kartolini eċċ) – Dawn l-oġġetti huma evidenza ta’ dak li l-awtur qiegħed jikteb. Meta l-awtur qiegħed juri xi ħaġa minn tiegħu, xi ħaġa marbuta ma’ esperjenza personali, qiegħed jibni dik ir-relazzjoni speċjali mas-semmiegħ. L-awtur jidher li bħal donnu qiegħed jafda lill-qarrej, u qiegħed itih/ jurih parti minn ħajtu li hija personali imma qed jaqsamha mal-pubbliku.

  6. Klipp minn film – Xena minn film partikolari li jkun ispira lill-awtur u jkun esperjenzah jew ikun affetwalu l-ħajja personali tiegħu.

Referenzi:

  • Poeżija: Waħdi ta’ Dun Karm Psaila
  • Poeżija: Stedina ta’ Dun Karm Psaila

Dianne tħossha ħaġa waħda man-natura, tħossha aktar kunfidenti mal-ambjent ta’ madwarha milli mal-persuni bnedmin bħalha.

  • Poeżija: Demgħat tas-Silġ ta’ Mario Azzoppardi

“qatt m’afuni niesi’ ; in-nixfa li tħoss Dianne meta tinduna li dawk l-aktar qrib tagħha jafu verżjoni differenti ta’ dak li hi hi, u ħadd ma jaf min hi il-veru Dianne, ħlief hi. Hawnhekk tinħoloq il-kamra tas-sigriet, bis-sottotitlu ‘Qed Taqflu’. Hija qiegħda taqfel il-karattru vera tagħha għax tibża’ li jekk toħroġ dak li veru hi, li hu differenti ħafna minn dak li huma l-oħrajn, tiġi ġġudikata u aktarx meqjusa ta’ miġnuna.

Advertisements

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

Advertisements
%d bloggers like this: